MILIED 2007

Il-Milied Maghna

 Nahseb li taqblu mieghi li ninsabu fl-isbah zmien tas-sena meta kulhadd ihoss li jrid jifrah;  mhux biss, imma jmur iktar minn hekk; dan il-ferh thoss li trid taqsmu ma’ haddiehor.  U veru hekk, ghax it-twelid ta’ tarbija jgib hafna ferh fil-familja.  Ahseb u ara meta dan it-twelid li qeghdin nitkellmu  dwaru huwa dak tat-tarbija Divina, ic-ckejken Gesu’ Bambin.

 Ghalkemm ghaddew u tgerbu ‘l fuq minn elfejn sena, id-dinja ghadha tfakkar din il-grajja mhux komuni, meta l-Iben t’Alla ghazel li jitwieled minn xebba vergni u twajba f’ghar kiesah qalb il-blat ta’ Betlehem.  Tghid l-Iben t’Alla ma kienx jisthoqqlu jitwieled x’imkien ahjar bhar-rejjiet ta’ zmienu!  Izda le, ried jitwieled f’ghar fil-faqar fost ir-raghajja semplici li kienu qed jghassu l-merhliet taghhom ghar-rezha tal-lejl.

 Fil-gzira Ghawdxija l-ispirtu tal-Milied narah li ghadu qawwi gmielu u ghalkemm l-id tal-progess ma jista’ jzommha u jliggimha hadd, il-familja ghadha bi hgarha tistenna b’herqa l-migja ta’ din il-festa.  Hafna minn kmieni jizirghu l-gulbiena biex imbaghad iqeghduha quddiem il-presepju li ghal grazzja t’Alla  ghadek issibu kwazi f’kull familja, grazzi ghal hidma bla ma taqta’ ta’ l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju li qed tfakkar it-23 sena mit-twaqqif taghha fil-gzejjer taghna. Sabiha l-Christmas Tree, sabih it-tizjin tal-Milied, tajjeb u delizzjuz il-helu li taghmilli marti f’dan l-istagun, izda l-Presepju ma jirbahlu hadd u ma tistax tghaddi l-Milied minghajru fid-dar.  Hu dan li jehodna lura elfejn sena ilu meta f’ghar kiesah gewwa Betlehem twieled il-Feddej tal-bnedmin.

 Din is-sena wkoll qed ikollna ghadd sabih ta’ presepji mekkanici u statici ghal wiri u l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju qed terga torganizza l-Wirja taghha ta’ Grotti u Presepji fis-Swali tal-Ministeru ghal Ghawdex fi Pjazza San Frangisk Victoria.  Taht il-Kurja ta’ l-Isqof din l-Ghaqda ghandha wkoll Wirja Permanenti tal-Presepji.  Morru arawha! 

Dawn il-jiem ukoll, l-iskejjel Ghawdxin jiltaqghu fil-Knisja Parrokkjali ta’ l-Ghasri ghal quddiesa mill-Isqof li matulha joffru lill-President ta’ Malta somma sabiha ta’ flus ghal Community Chest Fund.   Parrocci u knejjes jaghmlu n-Novena tal-Milied u hafna ma jonqsux li jattendu ghaliha.  Wara kollox dan hu l-veru Milied u hawn jinhass il-veru ferh!

 Uhud mill-Pjazez u t-toroq ukoll jizzejnu u dan ukoll jghin biex inkomplu nzidu u nkattru l-ispirtu tal-Milied.  Triq ir-Repubblika Victoria din is-sena tassew mdawla tajjeb u fiha x’tara!  Ma’ dan it-tizjin inzidu wkoll xi serati ta’ ghana tal-Milied fi knejjes u tejatri. Il-kor tax-Xaghra Schola Cantorum Jubilate ghal darb’ohra qed jipprezenta l-kuncert annwali tieghu Carols by Candlelight  fil-knisja helwa ta’ Sant Wistin, Victoria u min irid jista’ wara wkoll igawdi l-ikla tal-Milied fil-kurituri tal-kunvent f’atmosfera mill-aqwa.

 Bla dubju l-qofol ta’ dil-festa huwa lejliet il-Milied fil-ghaxija meta s-socjeta’ tal-Museum taghmel il-Purcissjoni bil-Bambin fil-maxtura akkumpanjat bil-kant tal-Christmas Carols mat-toroq u l-ibliet u l-irhula taghna.  Familji shah narahom jimxu ferhana wara Gesu’ Tarbija mdawwal mill-fanali tat-tfal ghad-daqq ta’ xi zewg ‘accordions’ fir-Rabat fejn noqghod jien.  Fl-istess lejla, iktar tard, ir-rahal ckejken ta’ San Lawrenz jinbidel f’Betlehem ohra u ‘pageant’ sabih idur mat-toroq ewlenin tar-rahal lawrenzjan.  Jiehdu sehem l-abitanti kwazi kollha tar-rahal, mill-kbir saz-zghir. 

 Ghadha hajja u f’sahhitha wkoll id-drawwa li l-familja tmur ghall-quddiesa ta’ nofs il-lejl u tisma’ herqana l-priedka tat-tifel ckejken liebes l-ispellizza bajda, li jien ukoll kelli x-xorti nxiddha ‘l fuq minn hamsin sena ilu.

 Dawn huma l-ingredjenti li jaghmlu l-veru Milied.  Il-ferh irid jibda mid-dar, minn quddiem dik il-grotta ckejkna u fqajra li postha huwa fit-tokk tad-dar. Ghaliex hbieb ma ningabrux bhal dari, quddiem ix-xbieha helwa ta’ Gesu’ Bambin u nitolbuh flimkien biex ikompli jiehu hsieb il-familja taghna u jiskansaha minn kull periklu!

Xtaqt infakkarkom ukoll biex ma titilfux il-kuncert annwali tal-Milied li l-Chorus Urbanus  se jipprezenta flimkien ma’ l-Orkestra Nazzjonali fit-Tejatru Astra l-Gimgha 21 ta’ dan ix-xahar.  Tonqsux li tisimghu muzika sabiha tal-Milied li tkompli ddahhalkom fl-ispirtu ta’ din il-festa hekk ghaziza.

 Fl-ahharnett dal-Milied ejjew nahsbu ftit ukoll f’dawk li forsi m’ghandhomx il-mezzi bix jghaddu Milied decenti, u jekk jigi c-cans, nghinuhom mill-ahjar li nistghu.  Kemm thossok kuntent meta taghti dik ix-xi haga li biha tferrah lil xi hadd iehor!  Zgur li ‘in return’ il-Mulej ser ipattilek it-triplu w iktar ukoll.

 Nixteqilkom Milied hieni u qaddis li jimla lil qlubkom b’kull ferh u paci tas-sema!

  

Kav Joe M Attard

Victoria Ghawdex

 

Il-Milied Ghawdxi

 Bhal kull familja ohra, il-familja Ghawdxija wkoll tistenna b’herqa l-festa tal-Milied u minn kmieni tibda thejji ruhha biex tkun tista’ ticcelebra kif jixraq it-tifkira ta’ Gesu’ tarbija fl-ghar ta’ Betlem.  Ghaliex jghaddi kemm jghaddi zmien, din il-grajja tal-fidwa taghna ma tithassar qatt mill-mohh u l-qalb tal-bniedem.

 ‘Fl-aktar sikta ta’ lejla xitwija

Ta’ suritna fil-faqar migbur

Nizel fostna biex dnubna jithassar

Biex it-toqol tal-jasar imur.’

 Billi l-Presepju jisraq ix-xena matul dawn il-jiem qaddisa, hafna familji sa mill-ewwel jiem ta’ Dicembru, jiehdu hsieb johorgu fil-kampanja jfittxu l-gebel, is-saghtar, ir-rina u l-lehjiet ix-xih biex f’post centrali tad-dar taghhom, ikunu jistghu jibnu l-presepju.  Ohrajn, dan il-gebel jerfghuh minn sena ghal sena  f’xi mandra jew f’xi rokna tal-gnejna.  Xi whud jippreferu jaghmlu l-grotta tal-kartapesta li din ukoll tintrefa minn sena ghal sena  fil-kamra tal-bejt jew fuq xi raf fil-genb.  Mal-festa tal-Kuncizzjoni, ghadha hajja d-drawwa li membri tal-familji jiehdu hsieb jizirghu x-xghir  u l-gulbiena li huma jqieghdu f’xi rokna  ghad-dlam, hafna drabi mwarrba taht xi sodda jew f’xi kamra li ma tantx tintuza fid-dar.  Din imbaghad ttitqieghed quddiem Gesu’ Bambin matul il-jiem tal-Milied. Dawn huma l-ewwel thejjijiet li thobb taghmel il-familja Ghawdxija kif ifeggu fuqna l-ewwel jiem tax-xahar kiesah ta’ Dicembru.

 Sa minn qabel dan ix-xahar, izda, il-familja tkun diga hasbet biex tibghat ix-xewqat u l-awguri t-tajba lil uliedha, qraba, hbieb u niesha msefrin permezz tal-kartolini u rigali.  Ma nahsibx li nkun nizbalja jekk nghid li ma ssibx familja Ghawdxija li m’ghandhiex lil xi hadd minn taghha emigrat fl-Awstralja, fl-Amerika, fil-Canada jew fl-Ingilterra.  U ghalhekk f’dawn il-jiem ma nistghux ma nahsbux f’dawn hutna ladarba mhux dejjem possibli li l-familja kollha tiltaqa’ kollha kemm hi ma’ mejda wahda ghall-Ikla tal-Milied.

 Il-Milied, qabel xejn, huwa l-festa tat-tfal u ghalhekk dawn erhilhom minn gimghat qabel, ihejju xi recta biex itellghuha fuq il-palk ta’ l-iskola qabel il-vaganzi.  Fl-iskejjel fejn kont nghallem jien konna nzejnu l-klassi b’karti u bziezaq ikkuluriti u naghmlu l-party tal-Milied.  Fil-klassijiet il-kbar, gie li kien ikollna wkoll il-Christmas Tree.  F’hafna djar Ghawdxin din illum saret parti mit-tizjin tal-Milied u taraha tixghel u titfi wara t-twieqi u l-bibien mghobbija sa ruh ommha b’gugarelli u tizjin iehor.  Hafna huma dawk in-nisa tad-dar li jhobbu jaghtu tindifa gmielha lid-dar taghhom ghal din l-ahhar festa tas-sena u jdendlulek l-ahjar purtieri u jifirxu l-isbah twapet bhalma jaghmlu fi zmien l-Ghid meta l-Kappillan jidhol ibierek id-dar.

 Mal-Milied huma marbuta wkoll il-hlewwiet u l-mara tad-dar ma tonqosx li taghmel il-kaghak ta’ l-ghasel u tal-qastanija, pasti, u kejkijiet kemm trid b’xi bambin tax-xama’ fin-nofs tal-gelu helu zokkor. Tal-hwienet l-istess bl-imhatra minn jarma l-isbah vetrina.  Taht Putirjal fil-belt Victoria, biex insemmi wahda, tkun festa wahda ta’ mixeghla u hlewwiet.  L-istess kienet tkun sa ftit tas-snin ilu, triq is-Suq fir-Rabat ukoll.  It-tfal erhilhom jilaghbu l-lewz fuq il-bankina tat-triq; kull wiehed iqieghed fl-art tliet lewziet b’wahda fuqhom (kastell) u wara li t-tfal jaqtghu t-tokk,  minn jitla’ bix-xorti, ikollu d-dritt li jilghab hu l-ewwel, billi jwaddab lewza xi ftit ikbar mill-ohrajn, (bubun) u dak li jolqot, ikun kollu tieghu.  Dan il-loghob tant kien popolari u kont tarah ferm fil-Milied ta’ tfuliti (jien naghlaq 62, jekk Alla jrid, fl-1 ta’ Jannar), imma llum jidher li naqas sew, ghalkemm f’xi rhula ghadek tarah ‘l hawn u ‘l hemm.

 Inkomplu sejrin bit-tfal ghax il-Milied huwa taghhom l-ewwel.  Ghadd kbir ta’ tfal jiehdu sehem fil-Purcissjoni bil-Bambin li jorganizzaw is-soci tal-Museum lejliet il-Milied, purcissjoni li taf il-bidu taghha lis-sena 1921.  Din issir kull fejn din is-Socjeta’ tad-Duttrina ta’ San Gorg Preca tinsab imwaqqfa.  Jien li noqghod ir-Rabat ukoll nohrog ghal din il-Wirja ta’ mhabba lejn Gesu’ Bambin li tispicca quddiem il-knisja qadima ta’ San Gakbu fi Pjazza Indipendenza bil-priedka tat-tifel.  Il-Purcissjoni tkun akkumpanjata bid-daqq  ta’ xi zewg ‘accordions’ u l-kant tal-Christmas Carols.  Uhud mit-tfal igorru bandalori b’messaggi tal-Milied waqt li familji shah jakkumpanjaw lill-Bambin imqieghed f’maxtura li tintrefa mit-tfal stess.  Din hija l-festa ta’ kulhadd; il-paci ssaltan fuq l-ucuh; sahansitra s-suldati fil-gwerra jhossu xi haga mhux tas-soltu.

 “Il-bewsa tal-paci bejn hbieb u ghedewwa

 intraddet u tferrxet f’dal-Jum tal-Milied;

griet kelma hanina minn naha ghal ohra

u ferhu s-suldati xhin waqfu mill-glied.”

 F’Ghawdex minn xi snin ‘l hawn twaqqfet l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju li qed tahdem gmielha biex il-presepju jiehu spinta ‘l quddiem.  Ta’ kull sena l-Ghaqda ttellgha Wirja ta’ Presepji u Grotti fis-swali tal-Ministeru ghal Ghawdex u membri taghha jmorru fl-iskejjel u centri jaghtu lezzjonijiet u ‘lectures’ dwar il-bini tal-presepju u tal-pasturi.  Matul is-sena tohrog ukoll rivista kull stagun u ghandha wkoll il-‘premises’ taghha taht il-Kurja ta’ l-Isqof fejn insibu Wirja permanenti tal-Presepju.  Ta’ kull sena torganizza wkoll Seminar li jsir dejjem f’rahal differenti.

 Niehdu gost nghidu li iktar centri u ndividwi qed jibnu l-Presepju ghall-Wiri tal-pubbliku u dan jidher car f’xi rhula taghna.  F’San Lawrenz ta’ kull sena lejliet il-Milied isir Pageant spettakulari li jmorru jarawh hafna nies.  Inghaqad maghhom u ma jiddispjacikx.  F’xi knejjes ukoll jintramaw il-presepji, (ezempju car hija r-Rotunda tax-Xewkija fejn jintrama presepju kbir u sabih li ma jistax ma jigbidlekx l-attenzjoni!)  fejn il-familja kollha ghadha tingabar ghall-quddiesa ta’ nofs il-lejl li fiha tfajjel ckejken jaghmel il-priedka tal-Milied waqt li l-Kor ikanta l-ghanjiet ferrieha tal-Milied.

 Mhemmx nisel u iehor, irgiel u tfal

Kulhadd jistenna nofs il-lejl idoqq

Sabiex jitwettaq kull ma kien intqal!

 Matul dawn l-ahhar snin qabdet ukoll id-drawwa li l-knejjes izejnu, almenu xi whud li stajt nara jien, il-bankijiet, il-korsija, l-altari u bnadi ohra b’xi dwal, haxix, karti u x’naf jien.  Intant wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl, kulhadd jerhilha ferhan lejn id-dar biex iduq xi bicca  helu tajba waqt li t-tfal erhilhom ifittxu fil-kalzetta jew borza magenb is-sodda biex jaraw x’gabilhom il-Bambin f’dan il-lejl tal-Milied.  Fil-klassijiet iz-zghar ta’ l-iskejjel primarji u f’dawk tad-Duttrina wara l-hin ta’ l-iskola, it-tfal iz-zghar jinghataw xi grotta zghira b’Bambin ckejken tax-xema’ mqieghed f’nofsha b’xi naghga zghira u angli tal-karta mwahhla fil-qrib.  Kemm jifirhu t-tfal taghna b’din  il-grotta tal-kartun jew gablo li jiddubbaw m’ghand is-soru jew il-katekista li jkun jghallimhom!  Kemm tara tfal f’dan iz-zmien jiggerrew bla serhan jixtru pasturi u naghag u jonfqu kull sold li jkollhom f’karti u angli! Sa ftit tas-snin ilu kont issib xi erbat ihwienet ibighu dawn il-hwejjeg tant sbieh imma llum jiddispjacini nghid dawn naqsu sew.  Imma ghad fadal xi haga zghira u nittamaw li jinbtu ohrajn.

 Il-Kumitat tal-Kultura jiehu hsieb jorganizza kampanja biex ikollna hafna presepji ghal wiri u treqat imzejna u mixghula ghal dan iz-zmien tal-Milied; sa jaghti sussidju biex ihajjar lill-Ghawdxin.  Zgur li din l-atmosfera tkompli zzid id-doza ta’ ferh Miliedi flimkien mad-dwal tal-hwienet imzejna tal-gugarelli u tal-helu.

 Il-Milied huwa l-festa ta’ kulhadd u ghalhekk kulhadd jiccelebrah b’ferh u hegga kbira.  Bla ebda dubju l-imhabba hija l-qofol ta’ din il-festa kbira.  Kien minhabba din li Kristu twieled ghalina fl-ghar fqir ta’ l-annimali. Tghid il-bniedem tas-seklu taghna qed jghixha tassew din l-imhabba kif ipproponiha l-Imghallem taghna!  Ma nafx!  Kristu twieled ghal kulhadd; habb dejjem anke meta dan kien jitlob minnu s-sagrificcju tieghu nnifsu.  Habb lil kulhadd.  Hekk jghid Charles Coleiro fil-poezija tieghu Qniepen tal-Milied.

 Ergghu dis-sena wasslu l-paci shiha

lil min hu kburi fl-ghama tal-kefrija;

‘l –iltim, lill-fqir li ma jafx hlief tbatija

lid-dinja mharbta li qed twaqqa’ giehha.

 Il-Milied!  Grajja kbira, universali,  grajja li tixghel lid-dinja kollha b’ferh li ma jitfissirx; grajja li tghaqqad u tnissi l-ghelt u d-dwejjaq; thabbeb u tressaq lejn xulxin lil tal-boghod u tal-qrib; tnissel tamiet godda u tisraq tbissima minn fomm kulhadd, ghax kif jistqarr il-poeta nazzjonali:

 Ghalxejn tghaddi mimlija bin-niket

Fuq il-bniedem il-mewga tas-snin

Ghalxejn reghba ta’ saltna, ta’ hakma

Tqajjem l-ahwa biex jaqbdu f’xulxin

 

Kif int tersaq ja lejla xitwija,

Sa t-tfal tisraq is-siegha tas-serh,

Bla ma jafu l-ghaliex, bla ma jridu

Sa l-ghedewwa tissieheb fil-ferh.

 B’dawn il-versi, filwaqt li naghlaq din il-kitba qasira, nixtieq lil kulhadd Milied mill-iktar hieni mimli b’kull barka tas-Sema.

  

Kav Joe M Attard

Victoria Ghawdex 

Il-Ghozza tal-Presepju fil-Milied

 Ninsabu resqin sew lejn iz-zmien sabih u ghaziz tal-Milied Imqaddes, wahda fost l-ikbar festi tas-sena li ggib maghha ferh mhux tas-soltu.  F’dawn il-jiem kulhadd jifrah; kbar u zghar, ghonja u fqar, ghax it-twelid ta’ Gesu’ Tarbija fl-ghar ta’ Betlehem  ftit iktar minn elfejn sena ilu kien ghal kulhadd, bla distinzjoni ta’ razza jew ilsien.  Dan il-ferh ghadu jinhass anke llum meta ghaddew u tgerbu daqshekk snin ghax hu ferh tassew genwin u sincier.  Kullimkien jilbes il-libsa tal-festa, it-tizjin u l-mixeghla ma jonqsux, il-gugarelli u kull xorta ta’ hlewwiet fil-vetrini tal-hwienet ikunu fl-aqwa taghhom u minn wara t-twieqi tad-djar tilmah ipetptu d-dwal tal-Christmas Trees ma’ xi Father Christmas b’idejh kollha rigali.  Il-Christmas Tree llum dahlet gmiela fostna, u fi gziritna  f’ bosta mill-imsierah principali ta’ l-ibliet u l-irhula taghna, taraha tiddomina l-lokal matul dawn il-jiem.  Ghalkemm din is-sigra hi xi haga profana u b’ebda mod  ma taghti t-tifsira tal-veru Milied, il-poeta Ghawdxi Gorg Pisani jinqeda biha biex iwasslilna messagg ta’ fejda f’dan il-Milied.  Il-poezija jisimha L-Awrikarja.

 Kien tilef sliem ir-ruh u kull mistrieh

Qalbu twebbset bhal blat u thassret shih

 

Ghalhekk kien cahad kollox u kull din

U sar jistmerr u jobghod lill-bnedmin.

 

Ir-ragel waqaf  hemm mifni bid-dwejjaq

U hassu l-iktar mormi fost il-hlejjaq.

 

Il-qniepen bdew idoqqu ferrehija

Sabiex ixandru l-bxara mistennija.

 

Hu stejqer ftit mid-dwejjaq xhin semaghhom

Ghalkemm ma setax jifhem l-ilsien taghhom.

 

‘Mma kif kien hemm b’ghajnejh mitlufa fl-arja

Jilmah b’dirghajha mberrha l-Awrikarja.

 

U sama’ dan il-kliem helu tassew;

Bnedmin, la tibzghu xejn; ejjew, ejjew!

 

Hawn ftakar fil-jiem hienja tac-ckunija

Mghoddija fost il-wens tad-dar kennija.

 

U ftakar f’ dawk l-iljieli tal-Milied

Mimlija kollha ghors, kollha hlewwiet.

 

Imbaghad hass xrara f’qalbu qed titrabba

U gharaf fiha z-zjara ta’ l-imhabba.

 

Imqanqal minn dal-hass tassew sabih

Ghall-knisja telaq jigri minnufuh.

 

Isib il-knisja theggeg gegwigija

Mahnuqa kullimkien bin-nies rahlija.

 

Mill-orgni kien gej mewg ta’ ghana bnin:

Kien twieled fuq l-altar Gesu’ Bambin.

 

Hu mexa kollu mrieghed, resaq lejh

Sakemm quddiemu nxtehet gharkubbtejh.

 

Imbaghad hareg mill-knisja bniedem gdid

U hass go fih it-tempra tal-hadid.

 Irridu izda noqoghdu attenti  b’seba’ ghajnejn biex lil din is-Sigra ma nhalluhiex tiehu ghal mument wiehed biss, il-post tal-grotta fid-dar, il-post tal-presepju.  Ghalkemm il-Presepju mhux xi haga purament Maltija, dan gie ghandna u llum sar parti integrali mill-Milied.  Anzi x’inhu l-Milied minghajr il-Presepju fid-dar!  Il-qofol ta’ din il-festa huwa bla dubju il-Presepju li juri x-xena tat-Twelid tal-Bambin gewwa Betlem f’lejl kiesah u xitwi fil-hemda tal-lejla, meta l-bdiewa u r-rahhala kienu jghassu l-kampanja u l-merhliet taghhom.  It-tizjin, l-ikliet, il-hargiet, iz-zfin, ix-xiri tar-rigali, il-helu u d-dekorazzjonijiet fid-dar u c-centri, dawn huma kollha sbieh u hemm posthom f’dawn il-jiem ta’ ferh, izda dawn jghaqqadhom kollha flimkien il-presepju bil-pasturi.  Inkella l-Milied ikun tilef it-tifsira vera tieghu.  Gibu quddiem ghajnejkom ‘party’, festa ta’ maghmudija, izda minghajr it-tarbija gdida li tkun ghadha kif twieldet.  Hekk ikun il-Milied minghajr dik id-daqsxejn ta’ grotta b’xi kewkba tpetpet u l-anglu jxandar l-ahbar it-tajba. 

 Jidher li matul dawn l-ahhar snin rega’ hawn revival, qawmien gdid tal-bini tal-Presepju.  Dan huwa sinjal tajjeb u rridu nkomplu nistinkaw biex naraw il-prezenza tal-Presepju f’kull dar.  Huwa l-Presepju li jghaqqad il-familja flimkien u ghalhekk twieldet u qed tahdem bi shih l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju li twaqqfet ghall-ewwel darba f’Ghawdex fl-l985.  Mic-centru taghha fi Triq ir-Repubblika Victoria qed isiru bosta attivitajiet li jilhqu l-qofol taghhom ta’ kull sena meta lejn nofs Dicembru l-Ghaqda ttellgha l-Wirja Annwali taghha fis-Sala tal-Wirjiet fi Pjazza San Frangisk Victoria.  Din hija Wirja li llum saru jzuruha bosta nies u li fiha wiehed ikun ista’ jammira presepji ta’ kull daqs u ghamla maghmula minn sufri, gablo, injam, caghak, hobz, qxur tas-sigar, kartapesta, gips, tafal, xemgha u x’naf  jien.  Hafna llum saru dilettanti kbar tal-Presepju u hafna familji qed izommu d-drawwa li matul dawn il-jiem imorru jaraw ghadd ta’ presepji li jinbnew fl-irhula taghna.  Jien wiehed minnhom!

F’Ghawdex ta’ dari hafna jiftakru lil Guzepp tal-Belt  inkella lil Majsi ta’ l-Ghadmu inkella iehor fi Triq Vajringa Victoria maghruf bhala x-Xixxipja, jaghmlu gmiel ta’ pasturi tat-tafal inkella tax-xemgha kif ukoll imtiehen u djar tal-kartun.  Illum dawn il-karattri kollha spiccaw ghax ilkoll marru jgawdu lill-Bambin, izda niehdu gost nghidu li minflokhom qed jinbtu xi tnejn li qed jaghtuna gmiel ta’ pasturi maghmula bl-idejn b’tant sabar u pacenzja.  Ta’ dan kollu ghandha mertu kbir l-Ghaqda Hbieb tal-Presepju li kontinwament thajjar u trawwam membri godda biex jaqbdu din il-linja.  B’hekk il-Presepju qed jerga’ jsir it-tokk, ic-centru tad-dar.  Kemm ghandu poezija helwa l-Poeta Vincent Ungaro dwar il-Presepju li bhalissa jisraq il-qlub u jsammar quddiemu ghal hinijiet twal lilna lkoll.  Il-poezija jisimha Il-Presepju.

 Tfal ckejknin

Kemm intom helwin

Migburin

Madwar il-Bambin.

 

Xi hlewwa

Hemm gewwa;

Fir-rokna dawlija ta’ l-ghar

Hemm l-Anglu qed jaghti l-ahbar;

Gewwa l-maxtura c-ckejkna tarbija

Bejn Guzeppi u x-xbejba Lhudija’

Il-baqra u l-hmara

Qeghdin bl-akbar hrara

Isahhnu l-Bambin:--

X’inhuma helwin!

 

Ir-Raghajja reqdin, jew mexjin;

U l-Magi fuq l-igmla gejjin

Mill-Kewkba mmexxija

Li tikser id-dija

Id-dalma u s–skiet

Tal-lejl tal-Milied.

Oh x’benna

Tal-genna!

 

Sabiha

Il-ghanja ferrieha

Ta’ l-Angli henjin

Ifahhru lil Alla Hanin,

U s-sliem jixtiequ ‘l-bnedmin

Li huma tajbin.

Xi gmiel ta’ dehriet

Fil-Lejl tal-Milied!

 

Ic-ckejkna migbura

Quddiem il-maxtura

Bic-ckejken Bambin

X’inhuma helwin!

 Jehtieg li naghmlu uzu tajjeb minn dan iz-zmien ghaziz u sabih tas-sena.  Ma nhallux il-konsumizmu, il-progress, il-materjalizmu jnessuna l-veru ferh tal-Milied.  Il-Milied ifisser il-gabra u l-ghozza fil-familja, l-imhabba ta’ l-ulied, il-prezenza taghna matul il-jiem tan-Novena, il-quddiesa ta’ nofs il-lejl u l-priedka tat-tifel u fuq kollox l-ghaqda ta’ l-ulied migbura  mal-genituri d-dar quddiem il-presepju, (It-Taljani jghidu: “Natale con I tuoi, Pasqua con chi vuoi!”)  il-grajja hajja tal-fidwa taghna, is-salvazzjoni ta’ l-umanita’ shiha, l-imhabba bla tarf li Alla wera maghna l-bnedmin meta baghat lil Ibnu l-wahdieni fid-dinja biex jitwieled, mhux f’xi palazz imma f’ghar kiesah u ckejken, nieqes minn kollox imma msahhan biss min-nifs shun ta’ baqra u hmara gwejdin, bir-raghajja umli u foqra ta’ Betlem li nxtehtu fl-art jaduraw lil Alla tarbija divina. Din hija t-tifsira vera  tal-Milied;  altrimenti l-Milied jigi u jmur bhal hafna ohra bla ma jkun halla xejn ta’ sugu gewwa fina, bhalma jtenni wisq tajjeb l-Poeta Ghawdxi Dun Gorg Mercieca fil-Poezija tieghu Milied Iehor  u li biha ahna ntemmu din il-kitba qasira dwar il-Presepju, “l-Ghozza ta’ kull Milied”.

 Milied li kien,

Milied li gie.

Li mar,

U li ghad jigi…

 

Wasal Milied!

U frahna ma’ xulxin

Quddiem maxtura sirna tfal bhal dari.

Ghadda l-Milied….u dhalna lkoll go darna

U tfejna d-dawl

Ghalaqna l-bieb warajna

U hbejna mill-gdid wiccna!

Bqajna minn taht ninbaghdu!

X’jiswa Milied bhal dan, tifkira biss?

Irridu Milied iehor bla Bambin,

Twelid ta’ socjeta’ bla fidi u tama,

Milied ta’ bniedem gdid li jghix f’did-dinja

Minghajr smewwiet,

Bla hsebijiet,

Minghajr imhabba!

 

Kav Joe M Attard

emarjos@hotmail.com

 

 

Ergajt Maghna  (f’Jum il-festa ta’ l-Immakulata)

 

Tgerbet sena, ergajt maghna

O wisq helwa Ommna Marija;

ibqa’ diehla fid-djar taghna

u fawwarhom bit-tgawdija.

 

Gwardjan gdid wasal hawn fostna –

Patri Gorg mhux xi wicc gdid;

diga ngrana wahda sewwa

b’rieda soda tal-hadid.

 

Xieraq illi wkoll insellmu

lil dak li issa halliena;

Patri Michael – nawgurawlu –

ma nahsibx li ha nsiena!

 

Lil Dumink u lil Ruggieru

lanqas m’ahna se ninsew,

kulhadd jaf kemm damu maghna

lill- kunvent kemm kienu swew.

 

Qeghdin nilqghu anke fostna

Xerri Joe, patri zaghzugh,

ga qaluli kemm hu twajjeb,

ilvent, biezel u bahbuh.

 

Ejjew nigbdu habel wiehed

u nghinu lill-Patrijiet,

illi ilhom hanwhekk fostna

 sa mill-ibghad zmenijiet.

 

Ta’ kull sena festa naghmlu

kif Dicembru jasal qrib;

aghmel zjara lil Marija

ghaliex din,  Ommok, habib!

 

Ghalik tidhol kif fuq biebek

jigi jhabbat it-tigrib,

mard u dwejjaq, u xi niket,

jew xi weggha, tal-qalb krib!

 

Iva ghaziza Ommna Marija

ahna wliedek midinbin;

ergajt maghna, fis ibdilna

u aghmilna ferhanin.

 

Inwieghduk, naghmlu minn kollox,

biex le qatt ma noffenduk;

minn qiegh qalbna llum u dejjem

imhabbitna hawn nuruk!

 

Meta s-Sibt fl-ghaxija tohrog

biex iddur mat-toroq taghna

itfa’ harstek fuqna kollha –

la titwarrab qatt minn maghna.

 

Sa ma nibqghu f’din id-dinja

lilna ibqa’ indukrana

sakemm tasal il-gurnata

biex fil-genna hdejk tarana!

 

Lil tal-Qala wkoll insellmu

ghaliex dawn tal-festa bhalna

u f’dan l-Ghid t’Ommna Marija

ferhanin jinghaqdu maghna!

 

 Kav Joe M Attard

Victoria Ghawdex

  

 

 

Hit Counter